Fuq il-paġna ta' Facebook Belt Valletta, tħabbret il-mewt tal-eks kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, Valerie Borg.

Borg kienet kunsilliera f'isem il-Partit Laburista u serviet fit-tielet, fir-raba', fil-ħames, u fis-sitt leġiżlatura tal-Kunsill Lokali. Dan ifisser li ġiet eletta għall-ewwel darba fl-1999, reġgħet ġiet eletta fl-2002, imbagħad fl-2005, imbagħad fl-2008.

Hi kienet ukoll l-ewwel u l-unika mara li serviet bħala kunsilliera f'dan il-Kunsill Lokali.

Insellmu l-memorja tagħha.


Bradley Cachia