Riċentament ħalliet din id-dinja Geraldine Caruana, mara li ġiet deskritta bħala omm eżemplari u mara b’qalb tad-deheb.

Bosta sellmu l-memorja tagħha permezz ta’ kitbiet fuq il-midja soċjali fosthom is-Sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay fejn qal, “Ħallietna Geraldine Caruana, mara ta’ qalb tajba. Geraldine, kont eżempju ta’ dedikazzjoni u ġenerożità. Kondoljanzi tagħna lill-familja kollha.”

Persuna oħra kitbet, “Għadni ma nistax nemmen, għażiża tagħna Geraldine Caruana kif kellek tħallini ħabta u sabta. Persuna ta’ qalb tajba u sabiħa minn barra kif ukoll minn ġewwa. M’jien ser ninsa qatt l-affarijiet kollha li għamilt miegħi, int tibqa’ għal dejjem f’qalbi u f’moħħi. Ibqa’ ħares lejn din il- familja sabiħa li ħallejt warajk, sakemm ma l-Bambin jerġa’ jlaqqana flimkien. Kondoljanzi lil-familja kollha.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nofru l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha. Tistrieħ fis-sliem.

Facebook/Mary Pace


Charlton Cefai