Fuq il-programm L-Inspjegabbli, li xxandar nhar it-Tlieta, ġie diskuss is-suġġet tar-rinkarnazzjoni. Il-programm tkellem dwar l-oriġini u l-iskop tar-rinkarnazzjoni kif ukoll x’evidenza hemm.
B’mod remot, ġiet intervistata Susan Hill minn Texas, fejn qasmet l-esperjenza tagħha dwar is-suġġett.
“Dawn l-esperjenzi (ta’ rinkarnazzjoni) kienu hemm tul ħajti kollha,” hi qalet. “Niftakarni darba kont mort ġo dar fejn kienet toqgħod iz-zija u bdew jiġuni memorji ta’ meta kont żgħira fuq ħoġor in-nannu, nitkellem miegħu - xi ħaġa li għalija din ma kenitx tagħmel sens għax f’din il-ħajja jien qatt ma rajt lin-nannu għax kien miet qabel ma twelidt jiena.”
“Jien trabbejt f’ambjent Kristjan fejn ir-rinkarnazzjoni ma jemmnux biha, iżda jien ma nistax niċħad l-esperjenzi li għaddejt minnhom.”
Araw l-intervista hawn jew fir-ripetizzjoni tal-programm għada l-Ħadd fis-19:15 fuq TVM+.
Facebook/L-Inspjegabbli