Fuq il-paġna ta’ Supreme Travel Limited inkiteb messaġġ ta’ niket hekk kif qasmu l-aħbar li missierhom ħalla din id-dinja.

Huma kitbu, “B’qalb sewda nħabbru t-telfa tal-għażiż missierna. Il-funeral se jkun is-Sibt 22 ta’ Marzu fil-knisja taż-Żejtun fis-sagħtejn u nofs ta' waranofsinhar.”

Fil-kummenti bosta kitbu kemm Zaren kien persuna speċjali b’qalb tad-deheb li dejjem xtaq jgħin lil kulħadd. Kulħadd kien iħobbu minħabba l-karattru sabiħ u ġenwin tiegħu flimkien mal-qalb ġeneruża li kellu. In-nuqqas tiegħu se jinħass ħafna.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt noffru l-kondoljanzi tagħna u nżommu lilu u kif ukoll lill-familjari u l-ħbieb tiegħu fit-talb tagħna f’dan iż-żmien diffiċli. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu ma tintesa qatt.

Facebook / Supreme Travel Limited


Gabriella Borg