Jgħidu li l-kelb l-akbar ħabib tal-bniedem, iżda studju riċenti juri li l-qtates għandom rabta emozzjonali mas-sidien tagħhom, aktar mill-klieb!
Kultant insejjħulom egoisti, li jagħmlu kullimkien tagħhom, u jaġixxu b’mod stramb, iżda studju ġdid juri li l-ġibda emozzjonali li jrabbu lejn il-bniedem, fiha similaritajiet mal-klieb u t-trabi.
Iżda kif sar l-istudju?
70 ferħ ta’ qattusa li għandom bejn 3 u 8 xhur, tpoġġew ġo kamra mas-sidien tagħhom għal 2 minuti, wara li tħallew waħedom għal 2 minuti oħra. Malli reġgħu ltaqgħu flimkien, l-imġieba tagħhom ġiet osservata fi 3 stadji differenti. Minn hemm, ir-riċerkaturi ikkategorizzaw il-qtates kollha f’4 gruppi: dawk sikuri, ambivalenti, dawk li jħobbu jevitaw kollox u dawk diżorganizzati.
Ma jimpurtax għandekx qattus jew kelb, jew fenek, għasfur jew saħansitra serp, jekk titgħallem tħobb kreatura, ser turik imħabba lura bil-mod tagħha!