Stħarriġ reċenti minn studju fi New York wera li aktar sidien tal-klieb kellhom konnessjoni immedjata mal-klieb tagħhom aktar milli mas-sieħeb jew sieħba tagħhom.

L-istħarriġ ta’ 2,000 sid ta’ klieb f’relazzjonijiet serji żvela li 80% kellhom konnessjoni immedjata mal-kelb tagħhom, meta mqabbla ma’ 69% biss li qalu l-istess għas-sieħeb jew sieħba tagħhom. L-istħarriġ sab ukoll li s-sidien tal-annimali domestiċi kienu aktar probabbli li jemmnu fl-"imħabba mal-ewwel" mal-annimali milli n-nies (87% vs 62%).

Xorta waħda, wieħed minn kull ħamsa (19%) qal li ħa ż-żmien biex tinbena rabta mal-kelb tagħhom, u, minn dawk li wieġbu, 20% staqsew jekk ħadux id-deċiżjoni t-tajba fl-adozzjoni tal-pet tagħhom minħabba li ma kellhomx konnessjoni immedjata. Madankollu, l-istennija kienet ta’ frott: 74% qalu li r-rabta bejniethom u l-kelb tagħhom hija aktar b’saħħitha għax kellhom jibnuha maż-żmien.


Bernard Xuereb