David Muscat, il-preżentatur tar-radju u kunsillier ġo Tas-Sliema li jaħdem ġewwa d-Dar tal-Providenza sellem il-memorja ta' wieħed mill-aktar voluntiera maħbuba ġo din id-dar. David qasam ritratt ta' memorja għażiża meta Gordon kien ġie premjat għall-ħidma tiegħu.

Hu kiteb, "Jien ċert li din kienet waħda mill-iktar ġranet kburija tiegħek. Int kont tħobb ħafna lir-residenti tagħna fid-Dar tal-Providenza. Issa int ħieles mill-uġigħ u s-solitudni. Il-funeral huwa għada fis-Siġġiewi fit-15:30."

Aħna f'isem Gwida.mt, insellmu l-memorja ta' Gordon u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil dawk kollha qrib tiegħu.

Facebook / Gordon P Hewitt


Emil Calleja Bayliss