Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, il-kantant lokali Ivan Grech sellem il-memorja għażiża tal-għażiż missieru, li kien ħalla din id-dinja proprju 24 sena ilu. Hu jitkellem dwar il-passat ta' missieru fosthom il-ħajja waqt il-gwerra.

"Ta’ età żgħira ħafna fi żmien il-gwerra... meta d-dar fejn kien jgħix f’Għajnsielem intlaqtet minn bomba, hu kien hemm id-dar u b’mod mirakoluż salva minn din l-esperjenza tal-biża’... kien għal sigħat twal taħt it-terrapien bl-iġsma bla ħajja tal-għażiża ommu u erba’ ħutu, hu kien għadu ħaj u għadu jieħu n-nifs imma sfortunatament huma ma kinux..."

Ivan isemmi wkoll meta missieru ltaqa' ma' ommu Maria Dolores, iżżewġu, u kellhom sitt itfal, hu l-iżgħar wieħed. Strieħ fis-sliem Pa, raġel ta' prinċipju... 'il bogħod iżda viċini. Inħobbok Pa." 

Insellmu l-memorja ta' missier Ivan. Kuraġġ dejjem għażiż.


Kyle Zarb