Il-Ministru Julia Farrugia Portelli ssellem lil Nicky Briffa li kien Sindku maħbub ferm ġewwa l-Imqabba. Hi qasmet ritratt miegħu u kitbet messaġġ qasir b'tislima xierqa lejh.

Hi tikteb, "Strieħ fis-sliem Nicky Briffa. Ħdimna flimkien meta konna l-ONE. Dejjem ħabrieki bħala Sindku tal-Imqabba u qrib in-nies u l-ħaddiem. Dan wieħed mir-ritratti għallarrieda meta nkun l-Imqabba u ngħaddi sa ħdejk biex nara kif int. Nicky tibqa' dejjem f'qalbna. Kondoljanzi lill-familja kollha f'dan il-mument iebes għalihom."

Nicky kien ukoll il-President tal-Kumitat Lokali tal-Imqabba. Fl-2009 kien ħareġ għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u kien ġie elett fl-ewwel count. Barra minn hekk huwa ħadem ukoll għal diversi snin ġewwa l-istazzjon ONE.

Insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi lil familtu u l-ħbieb kollha tiegħu. Strieħ fil-paċi Nicky u kompli ħares fuq il-maħbubin tiegħek.

Facebook / Nicky Briffa


Emil Calleja Bayliss