Kienu bosta li sellmu l-memorja ta' Roderick Agius fuq il-mezzi soċjali. Fosthom l-għażiża martu li kitbet messaġġ mill-qalb, "Strieħ fis-sliem għażiż żewġi. Daqshekk uġigħ u tbatija. Grazzi ta' dawn is-seba snin flimkien. Mhu ħa ninsiek qatt. Ħu ħsiebi minn hemm fuq, sakemm nerġgħu nkunu flimkien. Ħabbejtek fl-art u nibqa' nħobbok fis-sema."

Il-ħabib tiegħu Chris Gatt kiteb, "Għażiż ħabib, illum ħallejtna għall-ħajja aħjar. Grazzi tal-ħbiberijja sabiħa li kellna bejnietna u ta' dak kollu li għamilt miegħi dawn l-aħħar sena u nofs. Ngħidlek hekk għax permezz tal-għajnuna li tajtek iktar ħadt jien milli tajt lilek."

Hu jżid, "Is-sodisfazzjon u paċi li għandi huma xi ħaġa li ma nistax niddeskrivi. Ma ninsa qatt il-mumenti sbieħ li qattajna nitkellmu fit-terrazzin tiegħek, bejn bela kafè u oħra. Il-kuraġġ li kellek quddiem din it-tbatijja kien xi ħaġa li lili ssorprendieni mhux ftit u dan se nġorru miegħi għal dejjem."

Hu jtemm, "Bkejt iva xħin rajt li ħallejtna però naf li issa striħajt minn dak li kien fiżikament għajjiek u dejqek. Grazzi Roderick MAKSAR."

Facebook / Trevor Agius


Emil Calleja Bayliss