Għadu kif ħareġ avviż importanti mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard rigward is-sistemi tal-ilma.

"Jekk il-provvista tal-ilma ġejja mit-tank ta’ fuq il-bejt, din għandha titnaddaf u s-sistema tal-ilma għandha titħalla tgħaddi għall-ftit minuti. Huwa importanti li t-temperatura tat-tagħmir li jsaħħan l-ilma (water heater) tittella’ għal 60 grad Celcius u għalhekk ma jkunx hemm il-bżonn li tieħu kampjuni u tingħata l-approvazzjoni tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali.

Jekk il-ħanut jagħmel parti minn kumpless jew lukanda u l-provvista tal-ilma ġejja mis-sistema tal-ilma tagħhom, jekk jogħġbok segwi l-proċeduri mniżżla fil-miżuri ta’ mitigazzjoni għall-ħwienet tax-xagħar, għall-barbiera u għal tad-dwiefer (Annex 1) fuq is-sit elettroniku www.covid19health.gov.mt"

Meħud minn: Department Of Information (Malta)

Instagram/ Dhanabordee / Vector Image/ Medical Symbol Image


Kyle Zarb