Min iħobb it-teatru, ħa jieħu gost b'din l-aħbar! L-istilla ta’ Broadway Jeremy Jordan bħalissa jinsab Malta. Ijja, sew qrajt!

Jordan ħalla tweet b'ritratt tal-veduta inkredibbli tal-Port il-Kbir tal-Belt Valletta u ħafna Maltin baqgħu mistgħaġba b'din l-aħbar. Ir-ritratt jidher li ttieħed mill-isbaħ lukanda The Phoenicia.

Kien hemm min spekula li Jordan possibilment qiegħed hawn biex jaħdem fuq proġett ġdid, għalkemm m’hemm xejn li jikkonferma dan.

Jordan huwa magħruf l-iktar għar-rwol tiegħu bħala Jack Kelly f'Newsies fuq Broadway, flimkien mal-irwol tiegħu fuq l-iskrin bħala Winslow 'Winn' Scott f'Supergirl.

Instagram / Jeremy Jordan


Emil Calleja Bayliss