Il-preżentatriċi popolari u maħbuba minn ħafna Stephanie Spiteri għadha kif ħabbret li qed tfittex nies li huma interessati li jidħlu fid-dinja tal-preżentazzjoni. Hi qed tfittex individwi li għandhom 'il fuq minn 18-il sena huma kunfidenti u kapaċi jitkellmu bil-Malti mela din hi opportunità li wieħed għandu jaħtaf mill-aktar fis possibbli.

Ngħiduha kif inhi, id-dinja tal-midja u t-televiżjoni tħajjar lil bosta nies għaliha iżda ħafna ma jkunux jafu minn fejn ħa jibdew u ċans bħal dan rari jiġi. Ngħiduha kif inhi, il-programm ta' Steph huwa wieħed mill-aktar programmi popolari fuq it-televiżjoni u l-esperjenza ta' Steph żgur li ħa tkun ta' gwida mill-aqwa għal dawk kollha li japplikaw għal din l-opportunità mill-aqwa.

Dawk kollha li jitħajru jieħdu sehem, kulma għandhom jagħmlu hu li jibagħtu email fuq [email protected]. L-applikazzjonijiet jagħlqu fid-19 ta' Awwissu. Mela ħafef x'int tistenna?

Facebook / Illum ma' Steph


Emil Calleja Bayliss