Wieħed mill-mistednin fuq il-programm Illum Ma’ Steph ta’ Stephanie Spiteri kien il-preżentatur Dorian Cassar.

Steph spjegat kif meta kien żgħir, Dorian ried li meta jikber isir jew saċerdot, jew għalliem, jew xi xogħol fejn in-nies ikunu jistgħu jisimgħuh.

dorian
Ritratt: Facebook/Dorian Cassar

“Meta nħares lura u nara x’sirt u xi xtaqt insir, dejjem ngħid li jiena dejjem kelli l-ispirazzjoni li dejjem ikolli udjenza quddiemi.”

Dorian jgħid li meta kien jistudja, kien jistudja bil-mikrofonu. “Kont inqum bilwieqfa, bis-sodda quddiemi li għalija kienet l-udjenza, bil-microphone quddiemi, u nagħmel ir-revision tal-affarijiet li nkun qed nistudja.”

dorian
Ritratt: Facebook/Illum Ma' Steph

Minkejja dan kollu, Dorian qal li dan jgħodd biss għall-professjoni tiegħu. Meta jkun ma’ sħabu, normalment joqgħod kwiet u joqgħod lura.

Timmaġinawh lil Dorian kieku sar saċerdot?!

Facebook/Dorian Cassar


Nicole Barbara