Wiċċ Brandon hu wiċċ familjari mat-telespettaturi u anke mal-qarrejja ta' Gwida.mt. Rajnieh f'diversi programmi lokali iżda qatt ma rajnieh fit-tmun ta' programm qabel kmieni din il-ġimgħa fejn għall-ewwel darba mexxa l-programm divertenti Tonight.

Aħna ta' Gwida.mt, kellna ċ-ċans li nitkellmu ftit ma' Brandon dwar din l-avventura ġdida tiegħu. Bdejna sabiex staqsejnieh kif u minn fejn inħmiet din l-idea.

Hu qalilna, "Dejjem kont ngħid li jekk ma nirreċtax jew nkun qiegħed f’karattru, ma nieħux gost nidher fuq palk jew inkella quddiem il-kamera, għaliex nippreferi nirreċta u ninterpreta karratru. Meta qed nipproduċi dejjem għażilt li nagħmel rwol wieħed biss biex niffoka iżjed. Iżda din id-darba xtaqt li noħroġ ftit mill-comfort zone tiegħi u nagħmel xi ħaġa differenti nippreżenta u nipproduċi programm li verament huwa differenti mix-xogħlijiet li nagħmel is-soltu."

Hu kompla jżid, "Bħalissa eċitat ħafna biex naraw kif ser jintlaqa' mat-telespettaturi li nemmen li ser jinżel tajjeb għaliex huwa programm rilassanti, divertenti u umoristiku. Ma stajniex ma nistaqsux, x'ħa jkunu qed jistennew minu t-telespettaturi tul din is-sensiela. "Stennew lili fil-veru sens tal-kelma, il-bniedem li taraw barra ser tarawh fuq it-televizjoni! Umli, nkellem lil kulħadd, dħuli u ċajtier xejn iktar, insomma hekk nipprova nkun. Xi praspar ser jiġru żgur waqt il-programm għax kultant jiġru warajja!"

Brandon jispjegalna li ħa jibda jkollu diversi personalitajiet, kif rajna fl-ewwel programm.Hu jiżvela li l-mistienda tiegħu huma, "kollegi antiki u anke ġodda, kantanti , atturi li ħdimt magħhom jew li nixtieq li nsir nafhom!" Nistennew logħob sottili fejn wieħed jiddeverti u jidħak xi ftit ukoll! Imma ħa jkollu xi logħob goff!!

Hu jagħlaq billi jgħidilna, "Tonight ser ikun programm divertenti li ser iżomm kumpanija f’nofs il-ġimgħa matul ix-xhur sħan tas-sajf. Nissuġerixxi li n-nies joqogħdu għall-kesħa tal-AC u inaqqru xi ħaġa tajba u jsegwu TONIGHT, jekk rridu jiddevertu u jidħku xi daħka!

TONIGHT beda l-Erbgħa li għadda fuq ONE u jixxandar kull ġimgħa fid-21:00.


Emil Calleja Bayliss