Il-film il-ġdid Spider-Man: No Way Home ma waqafx jagħmel suċċessi madwar id-dinja minn meta ħareġ għall-ewwel darba fiċ-ċinema.

Dan huwa r-raba’ weekend li fih qed jintwera Spider-Man u issa rnexxielu jaqbeż lil wieħed mill-aktar film popolari, Titanic, fil-lista tal-box office. Titanic irnexxielu jikseb l-ammont ta’ $659 miljun fi gross domestiku, filwaqt li Spider-Man sissa kiseb $668.7 miljuni.

Huwa maħsub li fil-ġimgħat li ġejjin dan il-film se jkompli jaqbeż aktar films bħal Avengers: Infinity War fil-lista tal-box office u b’hekk ikun fiċ-ċans li jikseb postu mal-ewwel tlieta.


Gwida.mt