Lil Brandon Terribile rajnieh kemm-il darba fuq it-televiżjoni b'diversi rwoli, iżda din ta' produttur kienet waħda speċjali żgur għalih.
Hekk kif illum tlesta' l-ġbid tal-produzzjoni Duurella, Brandon xtaqt jgħaddi messaġġ speċjali biex juri l-emozzjonijiet u l-apprezzament tiegħu lejn kull min kien hemm għalih f'kull mument.
"Spiccajna bil-kbir illum! L-ahhar gurnata tal-filming tal-programm Duurella li jixxandar fuq ONE. Grazzi kbira tmur lit-tfal kollha u l-genituri taghhom. Grazzi lit-tmexxija tal-istazzjon ONE li emmen f’dan il-progett u provda sapport kbir. Il-crew ta’ONE li jahdmu mill-qalb. Il-mistiedna kollha li kelna, l-isponsors li ghal kemm fi zmien difficli xorta sibnihom hemm grazzi!
Ma' Brandon kien hemm persuna importantissima li kienet spalla għalih biex din il-ħolma saret realtà, Rebecca Bilocca. "Lil idi l-leminija Rebecca Bilocca li taghmel xoghol tal-genn u sintendi lin-nies li jsegwuna! Minn qalbna grazzi! @Duurella jibqa ghadej sa Gunju it-Tnejn , l-Erbgha u l-Gimgha . Segwuna!!"
Lesti biex issegwu aktar mingħand Brandon?