L-istorja ta’ Chen hi waħda minn dawk l-istejjer fejn tant tfal madwar il-Kambodja qed jgħaddu minnha.

Ħajja bla tbatija mal-familja u ħinijiet twal jilgħab mal-ħbieb, sfaxxaw fix-xejn f’mument wieħed kawża ta’ inċidenti fil-mini tal-art, fejn Chen sfortunatament tilef saqajh it-tnejn. Aktar minn 25,000 każ simili ġie irreġistrati fil-Kambodja.

Madankollu, grazzi għaċ-Ċentru Arrupe u l-appoġġ tl-pubbliku il-futur tagħhom qed jiġi ffurmati mill-ġdid b'sens ta' tama permezz ta' aktar edukazzjoni u kura tas-saħħa.

Chen jitkellem dwar it-tama li qed iħoss bħalissa, "Għandi ċans inkompli l-istudji tiegħi u naħdem ukoll, inħoss li għandi ħajja ġdida." Chen issa qed jistudja l-IT fl-università u huwa ispirazzjoni għal ħafna tfal oħra b'diżabilità.

Int tista’ tkun parti minn din il-bidla u tista’ tagħti l-għajnuna tiegħek permezz ta’ donazzjoni.

Ibgħat messaġġ fuq 5061 9294 għal €11.65 jew

Ċempel fuq 5170 2063 għal €15

Tista' tagħti donazzjoni fuq il-BOV Mobile, 7723 6962

fd


Kyle Zarb