Fuq il-qoxra tal-GWIDA tax-xahar ta' Awwissu kellna lil Clara u lil Gordon. Aħna tkellimna magħhom dwar l-esperjena ġdida tagħhom, dik ta' ġenituri. L-għajjat beda jidwi ġo dar f’Ħal Tarxien, imma ma nstemax għajjat u ferħ biss. Dakinhar tkissret linfa! 

"Jien min-naħa l-oħra ma stajtx nemmen.” Clara mhijiex persuna li taf iżżomm sigriet u minkejja li kien tard, u x-xemx kienet ilha li niżlet, iddeċidiet li ċċempel lill-ġenituri tagħha. Clara hija bint Marlene Farrugia u l-awtur, kittieb u xandar ikoniku, Joe Julian. Dak il-ħin Joe kien diġà daħal fis-sodda jipprepara sabiex l-għada filgħodu jqum kmieni għall-programm ta’ kuljum tiegħu, Bonġu Kafè, li jixxandar fuq Radju Malta.

Sintendi la programm ta’ filgħodu kellu jbakkar kmieni, iżda Clara xorta waħda qabdet il-mowbajl u b’ewforija ċemplet lill-ġenituri tagħha. “Dak il-ħin qabdet it-telefown ommi u għedtilha jekk kienx hemm missieri ħdejha u dik wieġbet li kien rieqed. Ma stajtx nistenna s’għada, għedtilha, ‘Ma mur ħdejn missieri u qajmu!’ Dik imfixkla ma ngħidlekx kemm-il elf ħsieb għaddew minn moħħha, iżda obdiet mill-ewwel."

"Xħin waslet ħdejn missieri u qajmitu min-nagħsa ħelwa, tajthom l-aħbar flimkien li kienu ser isiru nanniet għall-ewwel darba. Tista’ timmaġina kemm kienu mimlijin bil-ferħ!” Tajjeb li ngħidu li minkejja li raqad tard, l-għada filgħodu Joe fis-6:30 ta’ filgħodu kien wara l-mikrofonu jxerred il-ferħ tiegħu mas-semmiegħa.

Gordon min-naħa l-oħra ċempel lil oħtu Miriam li dak il-ħin kienet żgur qed taħdem fuq xi ħaġa. Kienet ukoll kuntenta li ħuha ta din l-aħbar hekk sabiħa. Omm Gordon peress li toqgħod ġewwa home, kellha tistenna ftit sal-għada.

Din l-intervista ġiet ippublikata b'mod esklussiv fuq ir-rivista tagħna GWIDA fix-xahar ta' Awwissu. Il-GWIDA toħroġ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.

Facebook / Gordon Bonello


Anthony Baldacchino