Wara li tant minnkom stennew għal snin sħaħ ir-ritorn ta' Strummin’, it-tim din is-sena ser jerġa' lura bil-kbir! Il-kitarristi, il-kantanti u l-membri tal-band huma kollha ħerqana u lesti biex jagħtu lill-udjenza tagħna esperjenza memorabbli waqt il-kunċert Strummin’ ta’ din is-sena.

 It-tema ta’ din is-sena hija Strummin’ Round the World, li tirrelata mal-vjaġġi kollha li tlifna matul il-pandemija. L-udjenza ser tesperjenza ġeneri u stili mużikali differenti, u minn kull era.

Is-sorpriżi ma jonqsux tul ir-repertorju ta' din is-sena, fejn fl-aħħar tal-ispettaklu ħa ssir xi ħaġa li qatt ma ġrat qabel fl-istorja ta' Strummin'. Se jagħlqu b'medley li żgur ħa ġġedded ħafna memorji u li ħa tkantawhom magħhom!

"Ħdimna ħafna biex nagħtu lill-kanzunetti xi adattamenti interessanti li aħna żgur li l-udjenza se tgawdi l-vjaġġ. Minbarra l-grupp uniku ta’ mużiċisti tagħna aħna nimmiraw ukoll li nqajmu kuxjenza dwar organizzazzjonijiet tal-karità oħra li jagħmlu xogħol siewi." - Strummin' Foundation

Fil-fatt id-dħul kollu se jmur għal Smiling with Jerome Foundation, għaqda ddedikata biex tgħin familji bi tfal li jbatu b’kundizzjonijiet u mard serju li bħalissa m’għandhomx fejqan.

Il-kunċert se jsir fis-7 u t-8 ta' Ottubru 2022 fl-Awditorju ta' Sant' Agata Rabat (M.S.S.P). Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok segwi l-paġna uffiċjali u l-paġna ta’ Facebook.

gh

Facebook/ Strummin'


Gwida.mt