Donnu l-aħħar film ta’ Disney, Aladdin saħħar bosta nies inkluż sensiela ta’ kantanti Maltin li kollha ddeċidew li jtellgħu fuq il-midja soċjali Speechless, il-kanzunetta li inkitbet apposta għal dan il-film li ħareġ f’Mejju li għaddha.

Aħna diġà ġibnielkom il-verżjoni ta’ Jasmine, ngħiduha kif inhi Jasmine Abela tfakkarni xi ftit f’Jasmine ta’ Aladdin allura kif interpretat il-kanzunetta ta’ Jasmine minn Aladdin ġibditilna l-attenzjoni mill-ewwel!

Kienet il-kantanta Michela Galea li tellgħat il-filmat tagħha tkanta din il-verżjoni, ftit wara smajna l-verżjoni ta’ Pamela, imbagħad ta’ Jasmine, hemm ta’ Brooke, ta’ Jade Vella u anke tal-kantanta relativament ġdida Whitney Cremona. Naħseb li lkoll kantanti bravi bit-ton sabiħ ta’ leħinhom.

Aħna ma stajniex nagħżlu liem waħda nippreferu minn dawn il-verżjonijiet tal-kantanti Maltin ta’ din il-kanzunetta, allura ħsibna biex nistaqsu lilkom! Tistgħu tagħmlu dan aktar l-isfel wara li tisimgħu l-verżjonijiet tal-kantanti Maltin.

Michela Galea

Pamela Bezzina

Jasmine Abela

Brooke Borg

Jade Vella

Whitney Cremona

Hawnhekk għandna l-mistoqsija għalikom! Hawn mhux waħda faċli għax kollha kemm huma kantanti bravi... u jidher biċ-ċar li kollha għoġbithom din il-kanzunetta minn dan il-film! Vera ka' ta' pajjiż żgħir b'talent kbir!

Għal dawk li forsi għadhom ma rawx il-film, jew jixtiequ jisimgħu l-kanzunetta oriġinali hawn għandhom iċ-ċans jisimgħu l-verżjoni ta’ Naomi Scott li qed tinterpreta l-kanzunetta Speechless. Tgħid din il-kanzunetta ħa narawha nnominata għall-aqwa premji fix-xhur li ġejjin?

Inkunu naf aktar tard!


Emil Calleja Bayliss