Illum waqt iċ-ċerimonnja tal-ftuħ, tħabbru l-postijiet li fihom ser ikunu qed ikantaw ir-rappreżentanti ta' Franza (il-pajjiż li fih ser isir il-JESC), kif ukoll min se jiftaħ u jagħlaq l-ispettaklu.
Franza ser ikantaw fit-12-il pożizzjoni, filwaqt li Spanja se tiftaħ l-ispettaklu u l-Olanda se tagħlaq!
Il-Junior Eurovision 2023 ser isir f'Nice, Franza nhar il-Ħadd 26 ta' Novembru fis-16:00 CET! Ser issegwuh?