Ħafna qraba qed ikunu 'l bogħod minn dawk li jħobbu f'okkażjonijiet speċjali bħal anniversarji u għeluq snin dawk li vera jħobbu allura ħafna qed jaraw kif ħa jagħmlu xi sorpriża jew oħra lil dawk li vera jħobbu.

Din il-familja ħasbet biex tagħti sorpriża bl-iktar mod oriġinali, ippreparaw ftit posters biex u waħħluhom mal-ħajt ta' faċċatta tal-għażiża tagħhom. Għalkemm 'il bogħod fiżikament, sorpriżi bħal dawn żgur li jinżlu għasel u jiġu apprezzati ferm u ferm aktar!

Ilkoll qed naħdmu flimkien sabiex naraw kif nistgħu nwasslu l-messaġġ tagħna lil dawk aktar għeżież għalina.

Facebook / Daniela Mizzi


Emil Calleja Bayliss