Lenies Gauci u Clayton Pace żgur bilmod il-mod qed isiru uċuh familjari mat-telespettaturi tad-drama lokali. Lil Lenies narawha fid-drama Fattigi li tixxandar fuq NET Television, filwaqt lil Clayton rajnieh f'diversi produzzjonijiet lokali, l-aktar riċenti kienu Ċirkostanzi u Manwela.
Ritratt: Facebook / Lenies Gauci
Lenies ftit tal-ġranet ilu, proprju fid-19 ta' Settembru kienet qed tiċċelebra għeluq sninha u l-maħbub tagħha, Clayton iddeċieda li jagħmel dan il-jum aktar speċjali għal l-koppja. Dan minħabba li pproponielha sabiex tiżżewġu.
Ritratt: Facebook / Lenies Gauci
Lenies dehret li ħadet gost ferm b'din l-aħbar għax qasmet ritratt fuq il-mezzi soċjali tagħha tgħid: "Ipproponieli u jien għidt IVAAAAAAA!". Ir-ritratt kif tistgħu taraw juru lil koppja, b'Lenies bi tbissima fuq fommha turi ċ-ċurkett.
Ritratt: Facebook / Lenies Gauci
Tajjeb li ngħidu li l-koppja mhux l-ewwel darba li kienu fuq il-palk flimkien u aktar tard din is-sena, ħa jkunu qed jieħdu sehem fil-pantomima Ġaħan u l-Pjana Li Tiekol In-Nies. Tgħid f'din il-pantomima dawn it-tnejn ħa jkunu maħbubin jew għedewwa?
Jidher li l-passjoni ta' dawn it-tnejn tmur aktar bogħod minn fuq il-palk. Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat, nawgurawlhom futur hieni b'dak kollu li tixtieq qalbhom.