Fuq il-paġna ta’ Facebook tal-programm avventuruż HazZzard, ħareġ filmat fejn juri lil Soraya tgħid l-istorja ta’ meta inqalgħet naqra ta’ kedda fuq wieħed mit-titjiriet tagħhom.
Bażikament, Soraya tgħid kif kellhom titjira fejn is-seats tal-partċipanti nzertaw kollha ’l bogħod minn xulxin.
Ritratt: Facebook/HazZzard
Kif kulħadd ħa postu bdew jaraw kif forsi jistgħu jikkonvinċu lil xi ħadd biex ipartilhom xi seat ħalli jkunu jistgħu joqgħodu fejn xulxin.
Kien hemm min aċċetta u partat il-post. Irexxielhom ikunu sitta fejn xulxin ħlief għal persuna wieħed li ma riedx imur ġo row oħra bl-istess seat.
X’ħin semgħet hekk, Soraya iddeċidiet li taqbad tgħajjat minn post għall-ieħor biex titkellem ma’ sħabha. Hi qalet li wara minuta u nofs l-istess bniedem li ma riedx ibiddel postu qam jiġri u qalilha li jrid ipartat!
Hi qalet li nduna li kienu qed jgħamlulu apposta għax millewwel infaqgħu jidħqu!
Facebook/HazZzard