Soraya Queen tħabbret bħala waħda mill-parteċipanti tal-programm HazZzard ta' din is-sena. Ftit tal-jiem ilu ħriġna artiklu fejn wieħed mill-produtturi tal-programm qalilna li kienu kattivi fl-edizzjoni ta' din is-sena. Min jaf kif ħa tirreaġixxi Soraya għal dan kollu?

Fil-filmat li ħareġ il-Ħadd li għadda, Soraya tgħid li mhux persuna avventuruża iżda dejjem kienet timmaġinaha waħda mill-paretiċipanti ta' problemi bħal dawn għax temmen li għandha personlità qawwija ħafna.

Hi tgħid li hi persuna nervuża imma tipprova twaqqa' kollox għaċ-ċajt u tipprova żżomm kontroll, kelma ħa tgħidha b'mod diplomatiku ma tibżax turi x'tip ta' karattru għandha! Titkellem ukoll dwar praspura li għamlet, titkellem dwar x'tibża' u dak li ħa timmisja meta tkun għaddejja b'din l-avventura.

Tgħid li tħossha home ġewwa t-Tuneżija għax għandha ħafna ħbieb hemm u marret kemm-il darba. Tgħid li m'għandix sabar fuq l-ajruplan u tiddejaq minn vjaġġ twil ħabba dan u mhux għax tibża'.

Soraya tispiċċa billi tgħid li l-avventura ta' HazZzard hi waħda reali li fiha l-karattru tagħha jaf iddaħħak jew iqabbad in-nies in-nervi.Minn hawn nawguraw lil Soraya u l-parteċipanti l-oħra għal din l-avventura!

JJ Chircop - Facebook / Soraya Queen


Emil Calleja Bayliss