Id-dinja taċ-ċelebritajiet żgur waħda li tqajjem interess kbir u dejjem b’xi fatt kurjuż jew ieħor. Sophie Turner u Joe Jonas li għadhom kif iżżewġu, infirdu kompletament ftit qabel it-tieġ! F’intervista li tagħat l-attriċi ta’ Game of Thrones fil-gazzetta The Sunday Times li f’punt minnhom ir-relazzjoni tagħhom kienet għaddejja minn mumenti diffiċli.
Turner saħqet "Kienet l-agħar ġurnata ta’ ħajjitna", iżda fortunatament it-tnejn li huma malajr indunaw li riedu jkunu flimkien. Turner stqarret li Jonas għenha tirkupra meta hi kienet għaddejja minn problemi mentali. Hi kienet ħadet l-irwol ta’ Sansa Stark fl-età ta’ 13-il sena u t-trattament tal-kritiċi kien ħalla effett negattiv fuqha.
Il-koppja bdew joħorġu flimkien fl-2016 u sena wara biss Jonas saqsieha biex tiżżewġu! Iż-żwieġ seħħ sagħtejn biss wara l-Billboard Music Awards! Il-koppja irħitilha lejn Las Vegas u hemm qalu s-signor si! Milli jidher il-koppja qed tippjana tieġ akbar fejn aktar familjari u ħbieb ikunu jistgħu jiċċelebraw din il-ġurnata speċjali mal-koppja.
Instagram / @joejonas