Fuq il-midja soċjali Nataliya Pantileeva ħabbret li l-atleta Maltija Sophie St John għadha kemm kisbet riżultati mill-isbaħ waqt il-Gymnasiade Under-18 Games, fejn fil-fatt ingħata il-midalja tal-bronz. Sophie rnexxielha tkun l-ewwel atleta li rebħet din il-midalji fit-tali kompetizzjoni.

"Prosit lill-ġinnasta tiegħi Sophie St John talli kitbet l-istorja b'midalja tal-bronż - l-ewwel midalja li qatt intrebħet mit-tim Malti fil-Gymnasiade Under-18 Games! Mill-2006, il-Malta Schools Sports Federation (MSSF) ilha tikkompeti fil-Gymnasiade U18, u l-kisba inkredibbli ta’ Sophie hija mument importanti! Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li għamlu dan possibbli."

Prosit kbira u Awguri għal aktar suċċessi Sophie!


Kyle Zarb