F’dawn l-aħħar jiem, il-paġna ta’ Puttinu Cares bdiet taqsam għadd ta’ donazzjonijiet li ngħatawlhom fuq Facebook bħala rikonoxximent tal-ġest li tkun wettqet magħhom xi familja jew komunità.
Dawn id-donazzjonijiet ikunu nġabru minn xi attività bħal xi car wash jew ikla illi ġiet organizzata bl-għan illi l-fondi jmorru għal tant u tant nies fil-bżonn.
Fost dawn, l-ikbar somma ta’ €16,100 nġabret minn grupp ta’ “kaċċaturi, nassaba u ħbieb Mostin” illi organizzaw majjalata. L-għaqda ta’ Puttinu żgur li ħadet gost ferm b’dan il-ġest u rringrazzjat ħafna lil kull min ħaseb fihom.
Jalla jkun hawn iktar nies bħal dawk kollha li ħasbu f’Puttinu!