Ventilazzjoni! Dik hija soluzzjoni li tnaqqas ir-riskju ta’ tixrid tal-Covid-19 b’95% skont Dr Frank Portelli.

Wara li l-Ministru Owen Bonniċi ħeġġeġ fuq NET Live biex fil-klassijiet jinżammu t-twieqi miftuħin anki waqt li tkun nieżla x-xita, it-tabib Frank Portelli żied biċċa u nsista li importanti li anki l-bibien jinżammu kollha miftuħa. Huwa qal li jekk jsir hekk, ir-riskju jonqos b’95% hekk kif il-ventilazzjoni hija waħda mill-aqwa armi fil-ġlieda kontra l-Covid-19.

Ara lil Ministru Owen Bonniċi jitkellem dwar dan fil-filmat t’hawn taħt:

Frank Portelli / Facebook / Youtube


Maria  Desira