Skont studju li sar mill-US Centers for Disease Control and Prevention , jidher li meta tieħu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 int tkun 90% aktar protett kontra xi infezzjoni li tkun espost għaliha. F'dan l-istudju l-ewwel persuni li wieġbu u ħaddiema oħra essenzjali bħala frontliners li ġew ittestjati kull ġimgħa għall-Covid-19 minn Diċembru l'hawn, urew li s’issa 5% minnhom biss ittestjaw pożittivi għall-Covid-19. L-istudju juri wkoll li 16 mill-204 persuna li ġew infettati kienu ġew imlaqqma bil-vaċċin.

Min jirċievi l-vaċċin kontra l-Covid-19 għandu aktar ċans li jekk ikun infettat b'xi virus jew infezzjoni, jkollu sintomi ħfief u ma jkidduhx. Apparti minn dan l-istudju minn CDC fl-Istati Uniti wera li dawk li huma vaċċinati biż-żewġ dożi, damu inqas ġranet fis-sodda wiċċhom 'l fuq minn dawk mhux vaċċinati. 

Biex josservaw jekk il-vaċċin tal-Covid-19 jipproteġikx minn infezzjonijiet jew mard asintomatiku, jiġifieri li ma jurikx b'sintomi, il-parteċipanti f'dan l-istudju bdew jagħmlu t-test kull ġimgħa minn Diċembru l'hawn. Ir-riżultati jidher li tkellmu weħidhom.


Kyle Zarb