Fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu Kevin Paul Calleja tefa’ żewġ filmati għall-għeluq snin Gaia Cauchi. Il-filmati juru lil Kevin u Gaia jiċċajtaw u jiċċelebraw.

F’wieħed minnhom, Gaia tidher qed tipprova tonfoħ ix-xemgħat fuq żewġ biċċiet kejk, iżda mill-ewwel tinfexx twerżaq kif f’daqqa waħda tinfaqa’ bużżieqa!

Fil-messaġġ tiegħu, Kevin kiteb li jimpurtah biss li jara lil Gaia tidħaq. Jgħidilha “Hawn hi l-kuruna tiegħek, prinċipessa. Nawguralek għas-17-il sena, tronky! Moħħok hemm.”

Imma żomm waħda Kev, ħi. Jew prinċipessa jew tronky, mhux hekk?

Facebook/Kevin Paul Calleja


Nicole Barbara