Fuq il-paġna tal-Arċdjoċesi ta’ Malta ġew ippubblikati kelmtejn biex jirringrazzjaw lil kull min kien preżenti għall-Ġublew tat-Tfal u kitbu wkoll ftit kliem dwar it-tfal li ntqal mill-Papa.

Huma kitbu, “Skont il-Papa Franġisku, l-ulied iqanqlu fina tbissima għaliex fihom ruħna tiltaqa’ mat-tama (udjenza ġenerali, 7/12/16). Nirringrazzjaw lil kull min kien preżenti għall-Ġublew tat-Tfal li seħħ nhar il-Ħadd li għadda, fil-festa tal-Epifanija. Kienet esperjenza mill-isbaħ li żgur qanqlet fost il-knisja tbissima u, bla dubju, ħafna tama.

Il-filmat li ppubblikaw ma’ dawn il-kliem huwa ta’ ħafna tfal bi tbissima ħelwa fuq fommhom. Żgur li din ser tkun ġurnata li dawn it-tfal mhu ser jinsew qatt. Hija vera esperjenza sabiħa li tara knisja mimlija kollha tfal żgħar eċċitati biex jisimgħu l-quddiesa.

Facebook / Archdiocese of Malta


Gabriella Borg