Jade Borg li għandha għal qalbha l-annimali taqsam messaġġ biex turi l-frustrazzjoni tagħha għal dak li għaddej! Hi tistqarr, "Sitwazzjoni bla kontroll u tal-biki... Xi ħaddieħor irid jeħles mill-klieb u l-qtates? Qishom ġew tal-buy one, get one free issa għax kulħadd jgħammar u jħawwad bl-addoċċ. Ministru għidli waħda kif din is-sitwazzjoni tista' tittranġa għax il-liġi fuq l-annimali sejra lura flok 'il quddiem."

Hi żżid, "Qtates ibatu barra, każijiet ta' moħqrija kull ħin u mument. Nies jhedduna li ħa jarmuhom barra jekk ma niġux issa. Uwejja sur Ministru kif ħallejtu s-sitwazzjoni tiggrava daqshekk. Kuljum insibu żewġt jew tliet iklieb ġodda mormijin barra għax m'għadhomx tajbin għat-tagħmir għax jaħasra m'għadhomx jaqilgħu lira minn fuqhom il-breeders t'elf qegħdin jġibu minflokk."

Hi tkompli tgħid, "Daqt jerġa' jkollna kolonji ta' klieb fit-toroq għax povri voluntiera li jagħmlu kull siegħa u mument f'ħajjithom isalvaw l0annimali mhux ser jlaħħqu bl-ammont ta' klieb li jibda jkun hemm.Tat-tqalligħ saret is-sitwazjoni li nista' ngħid qtajt qalbi li xi darba ma jkunx hawn tbatija u moħqrija."

Hi ttem tgħid, "Hekk sew xogħol volantarju u neħli saħħti kollha fuqu flok fuq l-istudji tiegħi għax m'iniex kapaċi nagħlaq għajnejja u nibqa' għaddejja. Imweġġa' u mkissra imma għalxejn qiegħda nitkeb dan il-messaġġ għax kif konna għadna naqdfu fl-ilma.

Facebook / Jade Borg


Emil Calleja Bayliss