Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Up & Up with Faith qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn mill-isbaħ hekk kif sitt snin ilu saru jafu li ser ikollhom lil Faith.
Huma qalu, “Sitt snin ilu sirna nafu li se jkollna tarbija. Sitt snin ilu beda il-vjaġġ tagħna miegħek. Qalbna imtliet bi mħabba speċjali sa mill-ewwel mument. U minn dakinhar l-hawn kompliet tikber b’mod inspjegabbli.”
Żiedu, “Sitt snin wara ġejna l-iskola miegħek bħala familja biex għamilna attivita ħelwa. U l-ferħ ta’ fuq wiċċek jegħleb it-toqol ta’ kull ostaklu li affaċċjajna matul dawn is-sitt snin. Grazzi Faith talli ġejt għandna, talli teżisti, ta’ dak kollu li int! Inħobbuk wisq! Il-mami, id-dadi u Theo.”
Facebook/Up & Up with Faith