Ilbieraħ sitt snin ilu, l-attriċi maħbuba Maruska Aquilina żżewġet. Fiċ-ċelebrazzjoni tal-memorja tant sabiħa, hi tellgħet xi ritratti mill-isbaħ fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook flimkien ma’ żewġ kelmiet sbieħ.

“Sitt snin ilu llum, int ilqajtni fuq l-artal tal-knisja li dejjem ħlomt li se niżżewweġ fiha minn mindu kont tifla żgħira. Sirna is-Sur u Sinjura Aquilna,” hi kitbet.

Minbarra l-kelb li diġà kellhom, huma salvaw u adottaw lil Bugsy, “u bdejna l-familja ċkejkna tagħna.” 

“Imma l-familja tagħna saret kompluta meta sirna ġenituri ta’ bintna. L-anniversarju t-tajjeb għalina u kif ngħidlek kull sena, qatt ma tista' tinsa l-anniversarju tagħna peress li huwa f'għeluq sninek. Il-kuntentizza tiegħek is-sena kollha hija importanti ħafna għalija, allura jien ,hux biss nawguralek l-isbaħ jum f'għeluq sninek biss, imma dejjem nawguralek l-aħjar minn kollox”

Facebook/Maruska Aquilina


Bernard Xuereb