Wasal il-mument li tant stennejna! Il-programm Brillanti Singers, il-programm mużikali li sab postu f’qalb diversi telespettaturi Maltin u Għawdxin, wasal biex jintemm.
Matul ġimgħat sħaħ ta’ audizzjonijiet, sfidi mużikali u esibizzjonijiet live, rajna talenti ġodda jispikkaw fuq il-palk. Issa fadal biss sitt finalisti straordinarji li se jitilgħu fuq il-palk tat-Teatru Manoel fil-Belt Valletta, f’lejla li żgur tibqa’ mnaqqxa fil-memorja ta’ ħafna.
Il-finalisti huma:
- Maxine Borg – Kapaċi tgħaqqad emozzjoni u kontroll vokali b’mod naturali u mqanqal.
- Joe Romano – B’ton uniku u preżenza b'saħħitha, ħalla impatt qawwi mill-ewwel nota.
- Mariah Mangion – Interpretazzjonijiet li jġiegħluk tħoss kull kelma li tgħid.
- Ethan Pawley – Ġuvni b’talent interessanti u enerġija li biha jisraq il-palk.
- Mireille Mckay – Eleganti u b'vuċi tad-deheb li biha tagħti karattru lil kull kanzunetta.
- Gianluca Cilia – Timbru speċjali li tinħall xħin tisimgħu jkanta u għandu maturità li ftit issib.

Dawn il-finalisti mhux biss kantaw iżda ħaduna magħhom f’vjaġġ artistiku profond. Kull wieħed għandu stil u identità distinti, u kull wieħed jistħoqqlu jkun fuq dan il-palk prestiġjuż.
Il-mistoqsija hi waħda: Min se jkun ir-rebbieħ tal-Brillanti Singers 2025? Il-ġurija żgur li se jkollha għadma iebsa f'din iċ-ċelebrazzjoni tal-vuċi Maltija. Tibqgħux lura! Ingħaqdu ma' bosta nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Mejju 2025 fid-20:30 fuq ONE, għal il-finali l-kbira ta’ Brillanti Singers, mit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta.
Ħejju ruħkom għal lejl ta’ emozzjonijiet, sorpriżi, u talent mużikali li jagħmel ġieħ lil pajjiżna.