Ilbieraħ filgħodu, il-kittieba rebbieħa ta' tant unuri Simone Spiteri kitbet li għall-ewwel darba f'iktar minn tletin sena ma kelliex għalfejn tqum biex tmur għall-iskola.

Dan għaliex hi ħadet id-deċiżjoni li wara ħmistax-il sena tieqaf mix-xogħol tagħha ta' għalliema għal sena biex tipprova affarijiet ġodda f'xogħol għal rasha.

Simone

Facebook / Simone Spiteri

Lil Simone nafuha bħala waħda mill-membri fundaturi tal-grupp Du li fil-passat ippreżentaw ħafna suċċessi teatrali bl-aħħar waħda tkun Repubblika Immakulata.

Repubblika

Facebook / Du Theatre

U l-isfida li jmiss għal Simone iġġib l-isem ta' Appuntamenti. Dramm li hi stess kitbet u kien suċċess kbir għaxar snin ilu. Hi ddeċidiet li jerġa' jittella iktar tard din is-sena.

Appuntamenti

Facebook / Du Theatre - Appuntamenti

Awguri Simone! Nistennew li naraw xogħlijiet ta' kwalita' bħal ma dejjem offrejt.

Facebook / Simone Spiteri


Neville Refalo