Lorinda Mamo hija omm li taqsam ħajjitha mas-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali, taħt l-isem ‘abirdwithafrenchfry’. It-tifel tagħha, Henry, sfortunatament kellu jgħaddi minn esperjenzi li fihom kellu jikber malajr, u llum Lorinda kitbet dwar kemm hi diffiċli li tara lit-tifel tiegħek imbeżża’ minħabba dawk l-esperjenzi.
Hi kitbet, “Ma jimpurtax kemm tgħaddi mill-istess kurituri, tkellem tobba, u kemm taħseb li int lest, il-biża’ u l-ansjeta’ jirbħu. Qalbi weġgħatni narah kunfidenti għaliex imbagħad saqsa biex ipoġġi fuq koxxti hekk kif triegħed bil-biża’ – qatt mhi esperjenza sabiħa, tgħaddi kemm -il darba tgħaddi minnha. Imma hu kien kuraġġuż.”
Hi spjegat li hu qalilha, “Ħsibt li kont lest, imma naħseb l-aħħar li kont daqshekk imbeżża’ kelli erba’ snin.”
Hi fetħet qalbha dwar kemm it-tifel tagħha jgħallimha u tirrealizza kemm hi sabiħa l-ħajja għaddejja minn xiex tkun għaddejja. L-uġigħ ma jintesa qatt u ġieli jerġa’ jweġġa’ iżda mumenti sbieħ jirritornaw ukoll.
Instagram / abirdwithafrenchfry