Wiċċ familjari u li jiġbed tant simpatija hu dak ta' Miriana Conte. Lil Miriana rajnieha darbtejn bħala finalista ta' X Factor Malta, kif ukoll is-sena l-oħra kienet aċċettat li tidħol fil-grupp 4th Line.

It-timbru tal-vuċi tagħha hu wieħed speċjali ferm u jidher li l-ġurija kienu kuntenti b'dak li raw quddiemhom tant li kollha qalulha iva. Howard ħass li Miriana hi iktar kurrenti u b'hekk il-kantanta żagħżugħa tgħaddi għal fażi li jmiss.

Ħafna kienu dawk li kienu qed jistennew l-audition tagħha kif intlemħet tistenna fil-kamra qabel isiru l-auditions. Wieħed issa jistenna sabiex jara fejn din l-avventura ħa twassal għal Miriana. Tgħid tasal sal-istess fażi tas-sena l-oħra?


Emil Calleja Bayliss