Jeffrey Pullicino Orlando, il-kap eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, ħabbar li nstabet il-pittura li nsterqitlu mill-klinika tiegħu, iżda mhux biss! Jeffrey Pullicino Orlando stqarr li “bis-saħħa tal-għajnuna tagħhom irnexxieli nsib il-pittura mistruqa, u pittura oħra li kienet misruqa mill-klinika tal-eks mara tiegħi – Marlene.”

Huwa rringrazzja wkoll lill-Kunsillier Stephen Zammit Lupi u qallu li se jkollu l-vot tiegħu!. Il-ġimgħa li għaddiet Pullicino Orlando spjega kif fil-klinita tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ daħal raġel barrani u seraqlu l-pittura tal-artist Dominique Ciancio. Huwa appella għall-għajnuna tal-pubbliku li ftit jiem wara wassal biex tinstab il-pittura misruqa!

Facebook / Jeffrey Pullicino Orlando


Sarah  Cassar Dymond