Dawk kollha li jsegwu Love Island UK, żgur li huma familjari ma' Shaughna Phillips li rajnieha f'dan il-programm tant popolari! Li forsi ftit jafu, hu li l-malja ikonika li dehret biha din il-ġimgħa, hija malja ddisinjata minn Lumija Swim, brand Maltija kif jissuġġerixxi l-isem.
Phillips kellha diversi kummenti pożittivi dwar il-malja li libset u jidher li din intlaqgħet ferm tajjeb mas-segwaċi internazzjonali tagħha. Phillips, infatti għandha aktar minn miljun u nofs li jsegwu l-profil tagħha ta' instagram, li żgur mhux forsi ħa jgħin sabiex ipoġġi din il-brand lokali fuq il-mappa internazzjonali.
Mir-riċerka li għamilna, il-kunċett ta' Lumija Swim kellu t-tluq tiegħu mill-amalgazzjoni tal-imħabba lejn il-moda high fashion, l-ibħra Maltin u li wieħed iħossu komdu bil-figura tiegħu, hekk kif inhi, u b'hekk jkun jista' jgawdi b'mod sħiħ is-sajf!
Insteressanti ħafna, huwa li dawn il-malji/bikinis jibdew minn size 6 u jibqgħu telgħin sa size 20, bil-cups tas-sider A sa G - u din hija biss l-ewwel kollezzjoni tagħhom!
Ilna snin ippreżentati bl-istess sterjotipi ta’ mudelli twal, ta’ size 4 biss, imma l-għan ta’ din il-brand il-ġdida hi l-kapaċità, li kull mara tista' tħossha komda u kunfidenti biha nnifisha daqs li kieku hija mudella hi stess. Dan hu għall-fatt li d-disinji li ħarġet bihom id-disinjatriċi żagħżugħa Nicolette Busuttil jagħtu enfasi fuq il-qadt, filwaqt li jtawlu s-saqajn biex jagħtu dik il-figura klassika ‘hourglass’.
Huma jisħqu li l-inklussività u l-pożittività tal-figura għandhom ikunu parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum, infatti din il-kollezzjoni tiċċelebra proprju dan!
Huma qegħdin ibiddlu d-definizzjoni tal-kelma sexy, b'mudelli mill-isbaħ ta' kull għamla u d-daqs bi stil femminili u minimalist, kif wieħed jista' jara fir-ritratti.
Nicolette, id-disinjatriċi, tgħidilna, "Fl-ewwel kollezzjoni tagħna ffukajt primarjament fuq il- kwalità tal-materjal tal-malji u l-bikinis - ħalli l-klijenti tagħna jkollhom is-sodisfazzjon ta’ prodott tajjeb li jistgħu jgawduh sajf wara sajf. Waqt li użajna stili klassiċi, aħna wżajna wkoll l-innovazzjoni b'taħtlita ta’ mesh u spandex (li jfisser li l-materjal b’saħħtu u joffri sapport lill-figura kollha).
Hekk kif il-brand qed tkompli tikber, Lumija Swim qed jikkommettu li jkomplu jnaqqsu l-carbon foot print tagħhom fuq l-ambjent. Infatti l-aħħar pattern li ħarġu bl-isem ta' Mistra Bay użaw materjal magħruf bħala ‘recycled fabric ecofriendly’. Mhux talli qed joffri malji mill-aqwa, iżda għandhom għal qalbhom l-ambjent!
Jidher li Shaughna Phillips għamlet l-għażla perfetta għax din il-brand Maltija jistħoqilha li tkompli tikber u tikseb aktar u aktar suċċess, fejn naraw ċelebritajiet u personalitajiet, kemm lokali u kemm internazzjonali f'din il-marka! Għal aktar informazzjoni dwar Lumija Swim wieħed jista' jidħol HAWN.
Instagram / shaughnaphillips