Shasha Fabri kienet waħda mill-mistiedna tal-programm Sibtek, flimkien mal-personalitajiet Natius Farrugia, Mario Cassar u Xandru Mallia. Huma ddiskutew il-famuż zekzik li jħobbu ħafna l-Maltin imma l-attenzjoni malajr daret fuq il-maħfra.

Shasha qalet li llum il-ġurnata jekk temmen li żbaljat ma ssibha bi tqila xejn sabiex tammetti u titlob lil persuna sabiex taħfrilha. Mhux talli hekk, tgħid li tagħmel dan minn qalbha u tħossha tajba.

Hi tgħid li kulħadd jagħmel l-iżbalji, imma l-fatt li persuna ma jaċċettax li għamel żball hemmhekk toħroġ Shasha differenti. Intom taqblu magħha? Ħallulna kumment ħa naraw x'taħsbu?

JJ Chircop


Emil Calleja Bayliss