Ilbieraħ saret is-serata ta' Miss and Mister Supranational Malta, fejn ikkompetew għadd ta' mudelli bravissimi li wrew il-kapaċitajiet tagħhom. Din tħabbret f'xandira diretta fuq NET TV.

Ritratt: Patrick Pisani Photografix

Din il-kompetizzjoni li ssir kull sena, fl-aħħar edizjoni tal-2022 rat jirbħu lill-mudelli Nicole Vella u Ron Bonsfield. Din is-sena huma għaddew it-titlu lil żewġ rebbieħa ġodda ta' Miss and Mister Supranational.

Din is-sena rebħu l-mudelli Shania Degiorgio u Ruben D. Pulido. Id-direttriċi Lorraine Sultana tefgħet ir-ritratti tar-rebbieħa fuq il-profil tagħha, fejn irreaġixxew u kkummenta b'mod pożittivi bosta persuni.

Nifirħulhom! Prosit Shania u Ruben. Nawguraw aktar suċċess kemm lilhom kif ukoll lil Nicole u Ron!

Ritratt: Matt Photography - Matthew Schembri


Gwida.mt