Pawla qasmet il-ħsibijiet tagħha fuq dak li qiegħed jintqal bħalissa fuq il-kantanta Destiny u dawk kollha li għandhom figura differenti minn dik sterjotipika!

Hi bdiet il-messaġġ tagħha billi fetħet qalbha fuq il-biża’ li ħasset qabel marret għal Liquorish fis-sena 2015. Pawla tgħid li kienet inkwetata ħafna mill-kummenti negattivi tan-nies fuq l-istatura tagħha. Iżda wara parir minn ħabib tagħha, Pawla marret u kienet dak li hi u kif kulħadd jaf, rebħet Liquorish!

Pawla tgħid ukoll li fejn qabel kulħadd kien iħobb il-figura mibruma, issa nqaleb kollox u minħabba l-kritika kattiva, “sfortunatament nisa ta’ ċertu statura joqogħdu ħafna lura”.

Pawla tispiċċa l-messaġġ tagħha billi tgħid li mhux sew li jkun hemm dawk il-persuni li jippruvaw ikissru lil Destiny għax il-gosti tagħhom mhijiex l-istatura tagħha. Dan b’mod speċjali meta jinsew li għandha vuċi daqshekk unika u sabiħa u minflok jikkritikaw id-dehra tagħha biss.

 


Shanice Ahar