Clayton Pace jħalli messaġġ pjuttost ħelu lit-tfajla tiegħu, Lenies Gauchi, fejn jgħid li bħal-lum sentejn kienu ltaqgħu u bdew joħorġu flimkien. Fil-messaġġ huwa jgħid li t-televiżjon sfortunatament ibiddel il-karattru ta’ bosta personalitajiet. Iżda fl-istess ħin iħoss li għandu xorti kbira li ltaqa’ ma’ Lenies, fejn iddeskriva l-karattru tagħha bħala wieħed ċajtier.

Dan huwa l-messaġġ, “ Sentejn illum ... Sfortunatament it-televiżjoni jbiddel ħafna karattri ta’ nies. Inħossni ffurtunat li sibt il xiħadd bħali, li jieħu gost jidhaq bih innifsu..xiħadd li jagħmel minn kollox biex inkunu kuntenti fejn il-popolarita` ma taffetwa xejn f’ħajitna.Sentejn ta’ xogħol, ta’ divertiment, ta’ problemi .. u ta’ żewġ min-nies normali li jinħabbu ħafna.

Ps Inħobbuk Noah (għax inkella jekk ma nsemmuhx jieħu għalih).”

Awguri lil din il-koppja fl-anniversarju tagħhom mingħandna.

facebook / Clayton Pace


Rowena Calleja