Sfortunatament ħarġet l-aħbar li Sandro Cosby ħalliena. L-aħbar ħarġet kmieni l-Ħadd filgħodu. 

Hu kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-Waterpolo f’Malta, mhux biss għall-eks klabb tiegħu San Ġijan ASC iżda wkoll għat-tim nazzjonali Malti.

Matul il-karriera tiegħu, Cosby kien figura ċentrali għas-Saints peress li t-tattiċi sportivi tiegħu għenu lill-klabb għal bosta unuri domestiċi fis-snin disgħin.

Fi stqarrija, San Ġiljan ASC qalu, “San Ġiljan ASC jibku t-telfa tal-eks Goalkeeper ta’ San Ġiljan u tat-Tim Nazzjonali ta’ Malta, Sandro Cosby.”


Bernard Xuereb