Il-Kumitat Trobbija Pożittiva fetaħ l-applikazzjonijiet għall-pubbliku, għall-proġett “Parents as Partners”, programm speċjalizzat dwar it-trobbija tat-tfal fi stadju bikri.
Dan huwa programm innovattiv, fejn koppji li jħossu l-bżonn ta’ għajnuna jingħataw programm mifrux fuq 16-il ġimgħa minn professjonisti imħarrġa fis-suġġett.
“Parents as Partners” qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Perinatal Mental Health Care, bis-sehem ta’ professjonisti bħal qwiebel, psikjatri u psikologi fost oħrajn. Dan il-programm tnieda bħala proġett pilota ħareġ ċar li koppji li jkollhom wild għandhom bżonn aktar appoġġ u għajnuna.
Dan speċjalment f’każijiet fejn diġà ikun hemm diffikultajiet minħabba li tarbija ġdida iġib realtajiet u sfidi ġodda u dan jaf jimpatta r-relazzjoni tal-koppja. Għaldaqstant dan il-programm, li joffri għajnuna professjonali, se jkun qed iħeġġeġ aktar koppji jirrikorru għal dawn is-servizzi bla ħlas, li jgħinu kemm ir-relazzjoni tal-koppja kif ukoll l-iżvilupp bikri tat-tarbija.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook ta’ Positive Parenting Malta HAWN