Probabbli l-aħħar sitwazzjoni li ħalliel irid li jkun fiha hija li jaffaċja l-vittma tiegħu ġimgħa wara li jkun serqu. Iżda f’din is-sitwazzjoni, l-istorja hi ftit differenti.

Ir-raġel li seraq ir-rota daħal jixtri minn ħanut u ħalla r-rota barra. Is-sid oriġinali tar-rota inzerta kien għaddej minn quddiem il-ħanut u nduna bir-rota l-misruqa tiegħu.

Hu daħal ġol-ħanut jistaqsi ta’ min hi r-rota, u l-ħalliel qal li hu xtraha. Malli semma li hu ħadha biex ikun jista’ jmur ix-xogħol biha, s-sitwazzjoni kollha ħadet xejra oħra. Is-sid oriġinali talab numru tal-kuntatt tal-ħalliel biex b’hekk ikun jista’ jibqa’ jużaha biex imur ix-xogħol, u eventwalment jagħtiha lura meta jkun finanzjarjament komdu.

Ara l-filmat kollhu hawn taħt:

Kienet xena ħelwa fejn żewġ stranġieri sabu kompromess wara li wieħed seraq lill-ieħor. Jidher iżda li kien il-ħabib tal-‘ħalliel’ li mar id-dar tas-sid u seraq ir-rota, fejn imbagħad biegħha lill-persuna li daħlet tixtri fil-ħanut.

Sitwazzjoni li turina li r-rabja mhux dejjem hija l-aħjar soluzzjoni, anke jekk taf li inti qiegħed fis-sewwa u ħaddieħor mhux. Bil-kelma t-tajba tasal dejjem u kullimkien.

Uża kull opportunita’ biex tibdel xi ħadd li potenzjalment huwa għadu, f’ħabib.

Facebook / @EpochTimesCanada


Luke Borg