Nhar il-Ġimgħa 28 u s-Sibt 29 ta' Ottubru, fit-Teatru tal-Kulleġġ San Alwiġi, se jittella' spettaklu b'risq Hospice Malta. L-irwol primarju tal-Hospice huwa li tipprovdi u tippromwovi kura palljattiva għal persuni li jsofru minn kanċer lejn it-tmiem ta' ħajjithom u minn mard tal-motonewruni.

Dan l-avveniment se jikkonsisti minn diversi siltiet mużikali, fosthom kanzunetti minn Mamma MiaJesus Christ SuperstarHairspray, fost oħrajn, flimkien ma' xelta vasta ta' żifniet bl-akkumpanjament ta' kor u banda live. Se jkun hemm anke kanzunetti ta' ġeneri differenti li żgur jolqtu lil kulħadd u li jqanqlu ċertu emozzjonijiet għal kull individwu fl-udjenza.

Ta' min isemmi wkoll li fost l-artisti li se jkunu qed jieħdu sehem, se jkun hemm kantanti stabbiliti bħal Matthew James Borg, Pamela Bezzina, Moira Stafrace, Chris Grech, Jasmine Abela, Leontine Spiteri, il-grupp MARA, Neville Refalo, Rachel Fabri, Eleanor Spiteri, Mark M. Costa, Dario Bezzina, u Grecia Bezzina. Dan it-talent kollu se jingħaqad ukoll ma' diversi artisti żgħażagħ li qed iħejju xi prestazzjonijiet huma wkoll.

Għall-biljetti, u għal aktar informazzjoni, idħol hawn.

Facebook / Mumenti


Bradley Cachia